SBS Maltese - SBS bil-Malti - podcast cover

SBS Maltese - SBS bil-Malti

Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
Last refreshed:
Download Metacast podcast app
Podcasts are better in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episodes

Żeffiena jħejju biex jilqgħu s-Sena Lunari Ġdida

Miljuni ta’ nies madwar id-dinja dalwaqt se jilqgħu s-Sena taż-Żiemel. Parti ewlenija miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida Lunari għal ħafna komunitajiet hija ż-żfin tal-iljuni, li jingħad li jġib xorti tajba u prosperità fis-sena l-ġdida. Iżda teħtieġ dixxiplina kbira biex tilħaq ċerta kapaċita' u ħila, hekk kif grupp ta’ żeffiena fi Brisbane jittama li jkompli l-wirja tradizzjonali.

Feb 09, 20262 min

It-tagħlim kontinwu tul il-ħajja | Victor Vella

It-tagħlim tul il-ħajja għandu rwol essenzjali fit-tkabbir personali, fl-adattabilità u fil-benesseri tal-bniedem. Victor Vella, eks għalliem, kittieb u xandar jitkellem dwar l-importanza li nkomplu nitgħallmu matul il-ħajja, inżommu moħħna attiv, insaħħu l-kunfidenza fina nfusna u nibqgħu involuti f’dinja li qed tinbidel kontinwament.

Feb 05, 20266 min

It-traduzzjoni bil-Malti tad-Divina Commedia: il-wirt letterarju ta’ Alfred Palma

Il-poeta u t-traduttur Alfred Palma, li miet fit-18 ta’ Diċembru 2025, jibqa’ mfakkar mhux biss għall-poeżija u t-traduzzjonijiet tiegħu tad-drammi ta’ Shakespeare, iżda speċjalment għat-traduzzjoni Maltija tad-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri. Din l-opra monumentali ressqet wieħed mill-akbar kapolavuri tal-letteratura dinjija eqreb lejn il-qarrejja Maltin. Id-dedikazzjoni ta’ Alfred Palma biex jippreserva l-fond poetiku, ir-ritmu u t-tifsira tat-test oriġinali fil-lingwa Maltija hija kisba k...

Feb 04, 202612 min

What actually happened on January 26? - X’ġara fil-fatt fis-26 ta’ Jannar?

January 26 is one of the most debated dates in Australia’s history. Often described as the nation’s birthday, the day marks neither the formal founding of the colony nor the creation of the Commonwealth. Instead, it reflects a layered history shaped by colonisation, political decisions, and ongoing First Nations resistance. Understanding what actually happened on January 26 reveals why the date is experienced so differently across the country. - Is-26 ta' Jannar hija waħda mid-dati l-aktar dibat...

Jan 22, 20268 min

Shane Delia’s Malta fuq SBS On Demand

Issa li s-serje Shane Delia’s Malta intemmet fuq SBS Food tistgħu taraw l-episodji kollha fuq SBS On Demand. Mill-fran antiki sa restoranti li jservu l-aqwa ikel, Delia jiltaqa’ ma’ koki Maltin li jkomplu jservu ikel Malti influwenzat minn sekli ta’ ħakma barranija. Il-vjaġġ tiegħu mhux biss limitat għall-passat. Fit-toroq Maltin u fi ħdan fortizzi storiċi, Shane Delia jiltaqa’ man-nies tal-post u jiskopri stejjer ta’ kreattività u reżiljenza li wasslu biex jiddefinixxu n-nazzjon Malti.

Jan 07, 202610 min

Il-Milied u s-Sena t-tajba

Nixtiqilkom Milied qaddis u sena ġdida mimlija saħħa u risq. Grazzi lil dawk kollha li bagħtu x-xewqat tal-Milied permezz tal-kartolini u messaġġi elettroniċi.

Dec 23, 20252 min
For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android