SBS Maltese - SBS bil-Malti - podcast cover

SBS Maltese - SBS bil-Malti

Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
Last refreshed:
Download Metacast podcast app
Podcasts are better in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episodes

50 sena tal-SBS: John Borg minn xandar u ġurnalist għall-kap tal-programmi fi NSW

F’dan l-episodju fl-okkażjoni ta’ ħamsin sena ta’ xandir bil-Malti fuq SBS, illum nfakkru l-kontribut ta’ John Borg. Huwa daħal fuq Radio 3EA fis-snin tmenin ma’ Dr Joe Abela bħala preżentatur sportiv. Huwa kompla fix-xandir jippreżenta programmi mużikali u kulturali, sakemm fl-1993 inħatar Kap tal-Programmi Maltin f’Sydney.

Dec 19, 202512 min

Is-Sur Clifford Borg Marks jibda d-dmirijiet tiegħu bħala Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Awstralja

L-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Clifford Borg Marks beda uffiċjalment id-dmirijiet tiegħu bħala Kummissarju Għoli tar-Repubblika ta’ Malta fl-Awstralja. Fil-15 ta’ Ottubru 2025, akkumpanjat minn martu s-Sinjura Fan Jin u d-Deputat Kummissarju Għoli Mark Anthony Abela, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-Onorevoli Sam Mostyn AC, Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja, waqt ċerimonja formali f’Canberra.

Dec 17, 202514 min

Your first steps to engaging with Indigenous Australians - L-ewwel passi tiegħek biex tinvolvi ruħek mal-Awstraljani Indiġeni

Connecting with Indigenous Australia can be daunting for a newcomer to the country. So, where do you start? We asked Yawuru woman Shannan Dodson, CEO of the Healing Foundation, about simple ways to engage with First Nations issues and people within your local community. - Li tikkonnettja mal-Awstralja Indiġena jista’ jkun skoraġġanti għal xi ħadd ġdid fl-Awstralja. Allura, minn fejn tibda? Staqsejna lil Shannan Dodson, mara ta’ dixxendenza Yawuru, u l-Kap tal- Healing Foundation dwar modi sempli...

Dec 10, 20259 min

Riformi fil-kura tal-anzjani: Min se jħallas skont l-iskema l-ġdida?

L-att dwar il-Kura tal-Anzjani li ilu mistenni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2025, erba' snin wara li Kummissjoni Rjali rrakkomandat riformi kbar fis-settur tal-Kura tal-Anzjani. Il-gvern federali jgħid li dan se jagħti lin-nies anzjani fl-Awstralja, aktar għażla u aċċess għall-għajnuna fid-dar. Iżda hemm tħassib li ħafna nies se jispiċċaw iħallsu aktar għall-kura.

Nov 29, 202511 min

Titħabbar il-mewt ta’ Mark Caruana riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja

Tħabbret il-mewt ta’ Mark Caruana minn New South Wales fl-għomor ta’ 79 sena. Fost ix-xogħol tiegħu fil-komunità, minbarra li kien involut f’diversi għaqdiet, Mark Caruana jibqa’ magħruf għax-xogħol tiegħu bħala riċerkatur u studjuż tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja. Huwa rnexxielu jirrekordja mijiet ta’ intervisti ma’ Maltin u Għawdxin li emigraw lejn l-Awstralja sa mill-bidu tax-seklu l-ieħor.

Nov 26, 20257 min
For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android