F’din ir-registrazzjoni nixtarr il-falliment spettakolari tas-soċjaliżmu fi xtutna. Il-kitba għal din ix-xandira hija distillazzjoni ta’ tlett ijiem ta’ ħsieb u taħdidiet ma' ħbieb fuq it-tnawwir tax-xellug f'Malta. Nittama li ssibu nofs siegħa ċans biex tagħtuh widen u taqsmu miegħi l-ħsieb tagħkom.
Aug 13, 2021•32 min
Grazzi bla tarf lilkom kollha li għamiltulna tant qalb biex wasalna s'hawn. Grazzi speċjali lil dawk li ngħaqdu magħna fuq Patreon ( https://www.patreon.com/jonmallia ) u tawna daqqa t'id ġmielha. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta': eCabs Derek Meats Garmin Form Valletta Glass [15% DISCOUNT CODE: jonmallia] Seasus ************************************************* Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt **...
Aug 05, 2021•10 min
Waħda mil-ftit affarijiet li dan il-ġens kapaċi jaqbel dwarha hi li Neil Agius huwa leġġenda ta’ żmienna. Din hija ħarsa fil-qosor lejn il-poddata tiegħi miegħu, miġbuda ftit jiem wara li kiser ir-rekord dinji għall-itwal għawma f’baħar miftuh. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/neilagius.official jew https://www.neilagius.com ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta': eCabs Derek Meats Garmin Form Valletta Gla...
Jul 29, 2021•2 hr 2 min•Ep. 20
Manuel Delia huwa ġurnalist u kittieb li kien u għadu parteċipi fix-xena politika ta’ pajjizna. Jien u Manuel tħaddidna fuq il-passat tiegħu fi ħdan il-PN, il-kultura ta’ korruzzjoni li nawwret pajjiz, fuq John Dalli, Daphne Caruana Galizia, Jeffrey Pullicino Orlando, fuq l-anomaliji li huma l-One u n-Net u bosta aktar. Din hija it-tieni parti tal-poddata ma' Manuel Delia. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/ManwelDelia ************************************************* Dan il-podca...
Jul 22, 2021•2 hr 12 min•Ep. 19
Manuel Delia huwa ġurnalist u kittieb li kien u għadu parteċipi fix-xena politika ta’ pajjizna. Jien u Manuel tħaddidna fuq il-passat tiegħu fi ħdan il-PN, il-kultura ta’ korruzzjoni li nawwret pajjiz, fuq John Dalli, Daphne Caruana Galizia, Jeffrey Pullicino Orlando, fuq l-anomaliji li huma l-One u n-Net u bosta aktar. Din hija l-ewwel parti tal-poddata ma' Manuel Delia. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/ManwelDelia ************************************************* Dan il-podcas...
Jul 15, 2021•2 hr 22 min•Ep. 18
Dr. Andrea Dibben hija lettriċi fl-Universita' ta’ Malta li tispeċjalizza fil-politika soċjali. Iżda forsi l-aktar mgħarufa għall-attiviżmu tagħha fil-qasam tal-Pro Choice u d-drittijiet riproduttivi tan-nisa. Ma' Andrea tkellimna fuq is-suġġett kumpless u delikat tal-abort, l-esperjenza tagħha taħdem ma’ tfajliet zgħazagħ li nqabdu tqal, kif ukoll ovvjament il-politika soċjali kif tidħol f’dan kollu. Il-mistiedena ssibuha fuq https://www.facebook.com/andrea.dibben ******************************...
Jul 08, 2021•2 hr 30 min•Ep. 17
Eman huwa attivist fil-qasam LGBTI+ kif ukoll il-fundatur tal-għaqda non governattiva LGBTI+ Gozo. Ma' Eman tħaddidna fuq l-esperjenza tiegħu bħala bniedem gay li kien fi triqtu lejn is-saċerdozju, il-ħajja ta’ tifel b’missier bijologiku abbużiv u l-laqa tiegħu mar-Regina Elizabetta tal-Ingilterra. Dħalna f’suġġetti varji fosthom id-demokrazzija, l-identita' u s-sawm meqjus. Fuq kollox Eman huwa raġel b’konvinzzjonijiet b’saħħithom iżda b’moħħ miftuh u għaldaqstant kien privileġġ li nsir nafu da...
Jul 01, 2021•2 hr 57 min•Ep. 16
Raniero Borg huwa bugħaddas, attivist u ambjentalist. Il-paġna tal-Facebook tiegħu Raniero’s Adventures hija filfatt fiha ‘l fuq minn 400 video ta’ kull xorta ta’ attiviżmu li Raniero jipparteċipa fih. Ma' Raniero tkellimna dwar l-isfreġju ambjentali u x’jista jsir biex nieqfulu, l-ambjentalisti tal-ġenerazzjoni li jmiss u mnejn ġejja din il-ġibda straordinarja li għandu lejn il-baħar. Grazzi Raniero ta’ l-impenn li turi kuljum lejn il-ġid komuni, tal-ġenwinita' li huwa int, u talli sibt il-ħin ...
Jun 24, 2021•2 hr 7 min•Ep. 15
Peppi huwa attivist, ġurnalist u l-moħħ wara l-aktar programm segwit fl-istorja televiżiva ta’ pajjiżna. Tul il-podcast tħaddidna dwar iż-żogħżija tiegħu li għaddiha b'ruħu w ġismu fl-attiviżmu, l-immigrazzjoni, il-governanza u l-abort fost ħwejjeg varji oħrajn. Tul dawn it-tlett siegħat fhimt li s-sisien morali u filosofici li jsawwru lil Peppi huma maħsuba b’ħafna aktar irqim milli ħsibt. Il-mistiedena issibuha fuq https://www.facebook.com/peppi.azzopardi.1 ************************************...
Jun 17, 2021•3 hr 3 min•Ep. 14
L-ewwel darba li ltqajt ma' Marie kelli xi 9 snin waqt party pjuttost ‘out-of-hand’ fis-salott tal-ma. Il-ma u l-pa għal din ix-xorta ta’ festini li kienu kultant anke jfuru mill-bieb ta’ barra u jibqgħu jitferraw fl-isqaq kienu famużi. Fastforward 28 sena u Marie issa tiġi z-zija t’ibni tar-rispett. Dan ta’ l-ahhar l-aktar bniedem li qatt ħassejtni seren fil-preżenza tiegħu. Parti minni aktar minn għadmi, ma nafx nispjegaha. Inħossha u niġġennen bil-gratitudni biss naf... Lura għal Marie... Met...
Jun 10, 2021•2 hr 42 min•Ep. 13
John ‘Spartan’ Cogswell huwa ex-membru tan-Navy Amerikana kif ukoll ex-Champion tal-ġinnastika fl-istat ta’ New York. Fi xtutna John jipprovdi tħarrig fiżiku inspirat mit-trawwim tiegħu fil-militar li jsawwar lil dawk parteċipi mhux biss b’ħiliet atletiċi ġodda, iżda wkoll b’atitudni robusta li tgħin lil dak li jkun jinnegozja sfidi oħrajn, fil-ħajja ta’ kuljum. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/forcefit.malta ************************************************* Dan il-podcast ma' k...
Jun 03, 2021•3 hr 14 min•Ep. 12
Matthew Brincat huwa kittieb u fotografu. Ħafna minn żoghżitu qattagħha jfaqqa l-imsack u l-coke sa ma stembah f’ċella Kordin fejn għazel li jieħu r-reidni f’idejgħ u jinħeles mill-jasar tal-vizzji. Bejn programm tal-NA, esperjenzi fl-Ecuador b’sustanzi psikadeliċi w ritwali xamaniċi, illum Matthew bniedem imwieled mill-ġdid. Fost temi oħrajn ma' Matthew tkellimt fuq l-ayuhuasca, il-mewt, iż-żwieġ bejn il-ħajja prattika u t-triq spiritwali w id-dixxiplina. Il-mistieden issibuh fuq www.matthewbri...
May 27, 2021•2 hr 58 min•Ep. 11
Bla flus la tgħannaq u lanqas ikollok Podcast Dan kollu li qegħdin nagħmlu jitlob ħafna ħin, impenn u nvestiment. Imma ĦAFNA! U bħal bosta minnkom, jien familja għandi wkoll. Jekk skontok dak li qiegħed nipprovdi lix-xena djaloġika u artistika tal-pajjiż jixraqlu l-appoġġ, inħeġġek tingħaqad ma dawk l-uħud li jitfgħu xi ħaġa żgħira fis-sassla kull xahar, biex ir-rota tibqa ddur. Mingħajrkom prattikament, dal-proġett imut fuq ommu. Ingħaqad magħna fuq patreon.com/jonmallia...
May 27, 2021•24 sec
Matthew Grech jisħaq li huwa ex-gay. Huwa wkoll nisrani konvint sat-tali punt li jemmen li l-ħwejjeg kollha miktuba fil-Bibbja huma rendikont veru ta’ ġrajjiet li seħħew rejalment. Ir-raġel għandu ħafna ħsibijiet kontroversjali, li ħafna drabi jwasslu għal kritika feroċi online. Minkejja li ma naqbilx ma' Matthew fuq ħafna affarijiet, xorta waħda kelli l-ħajra ngħarbel ħsibijietu aktar mil-viċin. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/MatthewGrechOfficial *****************************...
May 20, 2021•3 hr 46 min•Ep. 10
Julian Calleja huwa attur mgharuf l-aktar għas-sehem tiegħu f’serje popolari bhal Deċeduti, Evanġelisti u Min Imissu. Julian huwa wkoll direttur u jieħu ħsieb il-muntaġġ ta proġetti televiżivi varji. Ħafna minn tfulitu Julian qattagħha f’istituti u djar tal-fostering. U kien fl-aħħar dar li gie milqugħ fiha li Julian u Jon ltaqghu 23 sena ilu, u saru aħwa. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/julian.calleja.9484 ************************************************* Dan il-podcast ma' ki...
May 13, 2021•2 hr 15 min•Ep. 9
Warren Brimmer beda l-karriera tiegħu bħala cameraman ġurnalistiku. Illum huwa il-producer tal-programm popolari www.Liquorish.tv . Fuq kollox Warren avventurier kbir b'ħafna stejjer tal-għaġeb li xi whud minnhom jaqsamhom magħna tul dan il-podcast. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/warren.brimmer ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta' Derek Meats https://www.facebook.com/derekmeats Valletta Glass https://ww...
May 06, 2021•2 hr 12 min•Ep. 8
Mark Camilleri huwa il-mexxej kemmxejn kontroversjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa bniedem ta' ħsibijiet soċjalisti mingħajr wisq ħajta f'ilsienu. Pero' ftit jafu li huwa wkoll ippubblikat fil-qasam tl-istorja ekonomika ta' Malta. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/mark.camilleri.5 Il-ħsibijiet espressi mill-mistiedna tal-Podcast huma esklussivament tagħhom, b'dan illi l-produtturi, l-ħaddiema tal-Podcast u wisq aktar l-isponsors rispettivi ma’ jassumu l-ebda responsabbi...
Apr 29, 2021•1 hr 23 min•Ep. 7
Sonya hija xjentista b’interess speċjali fil-bijoloġija evoluzzjonarja. Tħaddan viżjoni li fiha tara kommunitajiet ta’ nies imsejsa fuq ir-responsabbilta` u r-rispett lejn xulxin, passjoni għan-natura u dak kollu li hu sabiħ, u moħħ miftuħ bil-kurżita` ta’ mara ferm iżgħar fl-eta`. Bl-għarfien li għandha tax-xjenzi naturali, u anke dawk applikati f’diversi oqsma, inkluż l-agrikoltura u l-intrapriża, Sonya taħdem fis-Servizz Pubbliku bħala uffiċjal inkarigata mill-politika fil-qasam tal-biedja u ...
Apr 22, 2021•2 hr 3 min•Ep. 6
Din hija l-poddata pilota li minnha tnisslu l-poddati kollha l-oħra. Ma konniex ċerti għandniex inxandruha jew le, iżda issa li erġajna tajnieha titwila kkonkludejna li xi ħaga x’tgħasar fiha wkoll. Jon u l- Bone għamlu sagħtejn jitħaddu fuq t-tagħmiet tagħhom għal dan il-proġett kif ukoll is-sens ubikwitu ta’ 'entitlement' fi żmienna, fost bosta suġġetti oħrajn. Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta' Derek Meats , Franks Gentleman’s Essentials , eCabs , Etisicura u Vallet...
Apr 15, 2021•2 hr 8 min•Ep. 5
Li l-Father magħmul ċkejken huwa fatt tal-ħajja. Li x-xogħol tiegħu ma' vittmi ta’ kull xorta huwa pero kbir, huwa ugwalment verita'. Il-Pirjol tal- kommunita Dumnikana tal- Birgu, Fr. Aaron Zahra, huwa r-rebbiegħ tal-Franks Man Of The Year 2020. Qaluli li l-Father mgħammar bi bżulija li ftit huma dawk li kapaċi jlaħħqu magħha. Tant dan minnhu li l-kollegi laqqmuh "il-Hyper", ċioe bniedem mingħajr xaba' għax-xogħol. Bir ta’ enerġija w entużjażmu bla qieħ. Għalijja Fr. Aaron bniedem ta’ prinċipju...
Apr 08, 2021•1 hr 42 min•Ep. 4
Il-mistieden tat-tielet poddata mhu ħadd għajr il-potenti Dr. Albert Bell. Soċjologu u lettur fl-Università ta’ Malta li meta ma jkunx qed jiwweldja srum l-istudenti mas-siġġu b’dik il-fjamma ta’ saġġezza severa li ilha titkebbes fih minn tal-inqas seba’ ħajjiet ... Dr. Bell ikun qed itir minn fuq il-palk għal ġo folla Metal Heads skatenati, waqt li l-bass li jkollu f’idu ma taqbiżx imqar demisemiquaver ... raġel bestjali dan. Ħerqan m’alla biex il-privileġġ assolut li nsir naf lil dan il-bniede...
Apr 02, 2021•1 hr 49 min•Ep. 3
Is-segwaċi tiegħi jafuh sew it-toqol inġust li bih tgħabba dan ir-raġel. Ta’ 16-il sena ġie arrestat. Illum li għandu 28, il-każ għadu pendenti u minkejja li Mason issa rriformat, jaf ħabta u sabta jlaqqat ikla ħabs li ġġarraflu dak kollu li bena. Tul il-poddata tħadditna dwar il-ħajja fil-ħabs tat-tfal u l-esperjenza ta’ tifel bi ftit riżorsi li qiegħed jipprova jinnegozja s-sistema ġudizzjarja f’Malta. Għalikom ħbieb u mhux ... it-tieni Podcast ta’ Jon. B’ħajr lill-isponsors Derek Meats, eCabs...
Mar 31, 2021•2 hr 13 min•Ep. 2
L-ewwel episodju tal-Podcast laqa' lil Salvu Mallia, missier Jon. L-episodju jittratta l-aktar dwar l-istorja tal-ġens Malti. Passat, preżent u xi naqa futur ukoll. Salvu qatta' ħajjtu fit-teatru, il-qasam tal-pittura u t-televiżjoni. Aktar 'il quddiem daħal ukoll fil-konverżazzjoni politika. Illum is-Salv irtirat, u filfatt jidħol naqra wkoll dwar din il-fażi ta’ ħajtu. Għalikom ħbieb u mhux...il-Podcast ta’ Jon 001 P.S. DAN IL-PODCAST INĠIBED FERM QABEL MA S-SITWAZZJONI COVID ĠIET KIF INHI LLU...
Mar 31, 2021•1 hr 45 min•Ep. 1