Ep 006 ma' Sonya Sammut - podcast episode cover

Ep 006 ma' Sonya Sammut

Apr 22, 20212 hr 3 minEp. 6
--:--
--:--
Download Metacast podcast app
Listen to this episode in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episode description

Sonya hija xjentista b’interess speċjali fil-bijoloġija evoluzzjonarja. Tħaddan viżjoni li fiha tara kommunitajiet ta’ nies  imsejsa fuq ir-responsabbilta` u r-rispett lejn xulxin, passjoni għan-natura u dak kollu li hu sabiħ, u moħħ miftuħ bil-kurżita` ta’ mara ferm iżgħar fl-eta`. Bl-għarfien li għandha tax-xjenzi naturali, u anke dawk applikati f’diversi oqsma, inkluż l-agrikoltura u l-intrapriża, Sonya taħdem fis-Servizz Pubbliku bħala uffiċjal inkarigata mill-politika fil-qasam tal-biedja u l-ikel, u hija lettur l-Universita` ta’ Malta. 

Fil-korsijiet ta’ studju tagħha, ‘The Biology of Struggle’ u ‘The Biology of Well-being’ Sonya tispjega kif it-teorija u l-prinċipji tal-evoluzzjoni jistgħu jgħinuna nifhmu il-mekkaniżmi li jirregolaw l-imġieba tagħna, u li din it-tip ta’ konoxxenza taf twassal biex insibu soluzzjonijiet għal uħud mill-problemi li niffaċċaw ta’ kuljum. Il-blog tagħha, ‘The Biology of Things’ li wieħed jista’ jaqra fuq https://www.sonyasammut.com, mhux xej ħlief proġġett li permezz tiegħu Sonya tissellef xi ftit mill-ideat meraviljużi li nsibu fid-dipartimenti tal-bijoloġija u tal-psikoloġija, u tnissel minnhom ħsibijiet li jagħtuna perspettiva differenti u li tista’ twassalna biex inħossuna aħjar fil-ħajja tagħna. 

Sonya għandha interess partikolari dwar kemm in-nisa u l-irġiel huma differenti minn xulxin u kif, ġaladarba n-natura ma fasslithomx pariċċ, kellha raġuni. Sonya temmen li min-naħa tagħna għandna napproffittaw minn dan il-fatt, billi nibnu fuq dak li jsaħħaħna, billi nikkumplimentaw lil xulxin, u noħolqu t-tip ta’ narrattiva li t-tfal tagħna jistħoqqilhom jirtu. 

Il-Mistieden issibu fuq https://www.facebook.com/sonya.sammut


*************************************************


Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta' 

Derek Meats

Beerhead

eCabs

Etisicura

Richmond

Rapid Screening Malta

Valletta Glass


*************************************************


Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt


*************************************************


Tħabbeb Magħna

Facebook

YouTube

Patreon

TikTok

Instagram


Tista wkoll tkellimna fuq pa@jonmallia.mt

For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android