SBS Maltese News: 03.10.25
Aħbarijiet bil-Malti: 03.10.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.

Aħbarijiet bil-Malti: 03.10.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Skont riċerka ġdida, numru dejjem jikber ta’ Awstraljani qed jiġu affettwati mil-logħob tal-azzard (gambling). L-istudju jenfasizza r-rabta bejn il-logħob tal-azzard problematiku u l-vjolenza domestika, is-suwiċidju, u t-tbatija finanzjarja, b’aktar minn 3 miljun persuna fl-Awstralja jingħad li huma affettwati.
SBS Programm Malti - It-Tlieta 30 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 30.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Sikwit nitkellmu dwar l-edukazzjoni, iżda mhux kulħadd verament jifhem il-fond tagħha. Ħafna jarawha biss bħala klassijiet, uniformijiet, eżamijiet jew ċertifikati. Imma kif iffissrilna l-eks għalliem Victor Vella, tfisser ukoll tkabbir u espożizzjoni għal esperjenzi ġodda, trasformazzjoni u s-sejbien ta’ potenzjali ġodda.
Qed isiru appelli prominenti biex il-gvern federali jadotta rakomandazzjonijiet ta’ rapport mill-Mibgħut tal-Gvern għall-Ġlieda Kontra l-Islamofobija. Dan sar wara informazzjoni mir-Registru tal-Islamofobija fl-Awstralja li tiżvela żieda ta’ 530 fil-mija fl-inċidenti mis-7 ta’ Ottubru 2023
L-istoriku u riċerkatur Malti Awstraljan Mark Caruana jitkellem dwar l-istorja tal-migrazzjoni Maltija lejn l-Awstralja u l-wasla tal-ewwel vapur li kien qed iġorr migranti Maltin wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Jispjega kif il-ftehim ta’ passaġġi assistiti fl-1948 bejn Malta u l-Awstralja wassal għal żieda kostanti fil-migrazzjoni, u dan kabbar in-numru ta’ Maltin fl-Awstralja.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 26 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 26.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Indigenous Australian athletes have long inspired the nation, uniting communities and shaping our identity. Olympian Kyle Vander-Kuyp and Matildas goalkeeper Lydia Williams are two such Indigenous athletes that have shaped our national identity. Their stories show the power of sport to foster inclusion, equality, and pride for future generations. - Mill-grawnd tal-futbol sal-korsa tal-atletika, l-isportivi Indiġeni tal-Awstralja jikkonnettjaw kulturi u komunitajiet filwaqt li jikkontribwixxu għa...
Aħbarijiet bil-Malti: 23.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Il-kittieb Malti-Awstraljan Victor Vella jitkellem dwar il-pets fil-ħajja ta’ kuljum tagħna. Minbarra li joffru sħubija u affezzjoni, il-pets huma meqjusa li jnaqqsu l-istress u jtaffu s-sens ta’ solitudni
F'dan l-episodju fl-okkażjoni tal-ħamsin sena ta' xandir Malti fuq SBS, infakkru l-kontribut ta' Manwel Bugeja u Grace Formosa, tnejn mix-xandara ewlenin Maltin f'Melbourne. Sa mill-bidu tal-programmi f'Ġunju 1975, huma ħadmu flimkien ma' Dr Joe Abela, il-koordinatur tal-programmi biex iwasslu l-vuċi Maltija fuq ir-radju. Għad-dedikazzjoni tul ħajtu għall-komunità Maltija fl-Awstralja, Manwel Bugeja sar magħruf b'affezzjoni bħala In-Nannu tal-Maltin fl-Awstralja.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 19 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 19.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
It-timijiet tal-Marsa u Bormla qed jippreparaw għal regatta tradizzjonali Maltija fil-Port ta’ Wollongong, li qed issir għall-ewwel darba fl-Awstralja. Is-Sur Louis Parnis, president tal-George Cross Falcons Community Centre ta’ Cringila, New South Wales, u organizzatur tal-avveniment, jitkellem dwar l-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ din it-tiġrija.
Fis-17 ta’ Settembru f’Jum iċ-Ċittadinanza Awstraljana, l-SBS nieda l-proġett tal-qlib tal-Innu Nazzjonali Awstraljan, Advance Australia Fair f’aktar minn 60 lingwa, inkluż bil-Malti f’ċerimonja uffiċjali fir-residenza tal-Gvernatur Ġenerali f’Canberra.
L-Istitut Awstraljan tas-Saħħa u l-Welfare pproduċa stampa tas-saħħa tan-nisa matul il-ħajja. Filwaqt li r-rati tal-kanċer naqsu għan-nisa matul l-aħħar 25 sena, nisa iżgħar fl-età qed ikomplu jesperjenzaw rati ogħla ta’ dipressjoni u kundizzjonijiet oħra tas-saħħa mentali.
Programm taż-Żjara Pastorali fl-Awstralja tal-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Anton Teuma.
SBS Programm Malti - It-Tlieta 09 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 16.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Il-kittieb Malti Awstraljan, Victor Vella jirrifletti fuq kif il-bidla fil-istaġuni sservi bħala bidla fir-rutina tal-ħajja, li toffri esperjenza fir-ritmu tal-ħajja kif ukoll konnessjoni mad-dinja fiżika.
Programm taż-Żjara Pastorali f’Melbourne tal-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Anton Teuma.
Joe Matina, Chairman ta’ Channel 31, it-TV komunitarju jitkellem dwar il-possibiltà ta’ programmi bil-Malti fuq l-istazzzjon u programmi oħra bl-Ingliż ippjanati għas-sena d-dieħla.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 12 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 12.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
L-għadd ta’ nies fl-Awstralja li jgħixu bl-allerġiji rdoppja fi kważi 20 sena, skont rapport ġdid, li jeżamina l-ispejjeż finanzjarji u personali ta’ din il-kundizzjoni kronika. It-talbiet għas-servizzi relatati mal-allerġiji huma bla preċedent, u l-esperti jwissu li l-allerġija mhux biss tħalli impatt fuq is-saħħa, imma tista’ tibdel il-ħajjiet ta' min ibati minnha.
SBS Programm Malti - It-Tlieta 09 ta' Settembru 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 09.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Is-Sinjura Antonia Camilleri, President tal-Kunsill Malti ta’ Victoria, titkellem dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-61 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta mill-Kunsill Malti flimkien mal-Konsolat Ġenerali ta’ Malta fil-Victoria. Hija titkellem ukoll dwar attivitajiet oħra komunitarji li se jsiru fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville.