SBS Maltese - SBS bil-Malti - podcast cover

SBS Maltese - SBS bil-Malti

Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
Last refreshed:
Download Metacast podcast app
Podcasts are better in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episodes

Sena ġdida, ideat ġodda għall-ġnien | Doris Meilak

Fl-ewwel taqsima dwar il-ġnien għal din is-sena, Doris Meilak tagħtina ideat ġodda biex ingawdu dak li nkabbru fil-ġonna tagħna, akne għal dawk li m’għandhomx spazju għal ġnien mad-dar, billi jużaw ġonna komunitarji.

Jan 07, 202512 min

Aħbarijiet bil-Malti: 07.01.24

SBS Radio | Aħbarijiet bil-Malti: 07.01.24 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.

Jan 07, 20256 min

Aħbarijiet bil-Malti: 03.01.25

SBS Radio | Aħbarijiet bil-Malti: 03. 01.25 moqrija minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.

Jan 03, 20257 min

Iħallina l-eks xandar u membru ħabrieki tal-komunità Maltija, Tony Spiteri

B’sogħba nħabbru l-mewt tal-eks kollega tal-SBS, Tony Spiteri li ġrat fil-25 ta’ Diċembru fl-għomor ta’ 71 sena. Minbarra x-xogħol tar-radju għal bosta snin Tony Spiteri kien membru attiv fil-komunità Maltija fosthom, fit-tagħlim tal-Malti, il-Maltese Literature Group, il-Maltese Performing Arts Association, il-festival kulturali Malti u bosta għaqdiet u assoċjazzjonijiet oħra. Waqt li għon-nom tal-SBS nagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu, naħsbu fih fit-talb tagħna. Mulej agħtih il-mistrieħ...

Dec 26, 20243 min

Understanding Indigenous knowledge of weather and seasons - L-għarfien tat-temp u l-istaġuni Indiġeni

You’re probably familiar with the four seasons—Summer, Autumn, Winter, and Spring—but did you know that First Nations people have long recognised many more? Depending on the location, some Indigenous groups observe up to six distinct seasons each year. - X’aktarx li int midħla tal-erba’ staġun is-Sajf, il-Ħarifa, ix-Xitwa, u r-Rebbiegħa - imma kont taf li n-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja ilhom li għarfu ħafna aktar minn dawn l-istaġuni? Skont l-inħawi fejn joqogħdu, xi gruppi Indiġeni ...

Dec 04, 202410 min

Paul Sammut wieħed mill-ewwel emigranti Maltin li ġie l-Awstralja fuq ajruplan

Paul Sammut li ġie l-Awstralja ta’ 17-il sena fis-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar kif wasal l-Awstralja fuq wieħed mill-ewwel vjaġġi fuq ajruplan minn Malta għall-Awstralja. Jsemmi l-esperjenzi tiegħu tal-pajjiżi fejn waqfu fi triqithom lejn l-Awstralja u l-ewwel snin tiegħu jissetilja f'pajjiż ġdid.

Nov 30, 202415 min

Għażliet diffiċli għall-għajnuna u servizzi għal dawk li m’għandhomx fejn joqogħdu

Is-servizzi għal dawk li m’għandhomx dar fejn joqogħdu madwar l-Awstralja qed jiġu ffaċċjati b’għażliet impossibbli peress li l-akkomodazzjoni affordabbli għadha f’livelli ta’ kriżi, u d-domanda għas-servizzi tagħhom qed tkompli tikber. Rapport ġdid mill-Impact Economics sab li xi servizzi qed jibagħtu lura l-familji li jkollhom bżonn l-għajnuna, għax m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex jgħinu lil kulħadd.

Nov 28, 20245 min

Carmen | Film Malti fiċ-Ċentru Malti

Ispirat minn avvenimenti veri, l-istorja ta’ Carmen isseħħ f’raħal Malti. Carmen tgħaddi l-biċċa l-kbira ta’ ħajjitha tieħu ħsieb ħuha, li kien qassis fir-raħal. Hekk kif tkun qed toqrob lejn il-ħamsin sena tagħha tibda tiskopri lilha nnifisha, vjaġġ li jwassalha għall-bidu ġdid. (Joe Matina mill-Esekuttiv tal-Kunsill Malti ta' Victoria jitkellem dwar il-film).

Nov 22, 20242 min

SBS Maltese Program - Il-Ġimgħa 22 ta' Novembru - 12pm

SBS Maltese Program - Il-Ġimgħa 22 ta' Novembru 2024 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. Jinkludi l-aħbarijiet mill-Awstralja, servizz ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent, Leonard Callus u mill PBS/SBS, u l-aħħar parti ta' intervista mas-Sur Paul Sammut minn NSW li ġie l-Awstralja fis-snin ħamsin ta' 17-il sena fuq waħda mill-ewwel titjiriet ta' ajruplan minn Malta lejn l-Awstralja. Jitkellem dwar l-ewwel snin tiegħu fl-Awstralja.

Nov 22, 202452 min

L-awtorijiet tat-tifi tan-nar fuq alert minħabba l-periklu tan-nar

B’temperaturi għoljin u rjieħ qawwija mbassra madwar il-pajjiż, dan is-sajf l-awtoritajiet tat-tifi tan-nar qegħhdin iwissu lin-nies biex ikunu ppreparati. Flimkien mat-theddida dejjem tikber, hemm il-biża’ li l-komunitajiet multikulturali jkunu fil-periklu peress li ħafna ma jifhmux, jew ma jaċċessawx, twissijiet ta’ emergenza importanti.

Nov 21, 20246 min
For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android