SBS Maltese - SBS bil-Malti - podcast cover

SBS Maltese - SBS bil-Malti

Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
Last refreshed:
Download Metacast podcast app
Podcasts are better in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episodes

Manuel Casha | Wirt Mużikali u Letterarju li jagħmel ġieħ lill-komunità Maltija fl-Awstralja

Manuel Casha, mużisita, kittieb u xandar miet fit-23 ta’ Frar 2026. Il-wirt mużikali li ħallielna fir-riċerka u r-rekording tal-għana Malti u d-daqq tal-prejjem fl-Awstralja ma’ għannejja u kitarristi ewlenin jibqgħu legat mhux biss marbuta m’ismu, imma mal-istorja tal-komunità Maltija fl-Awstralja. Minbarra il-mużika tradizzjonali Maltija huwa ta sehem importanti fil-mużika popolari Awstraljana sa mis-snin sittin.

Jun 27, 202615 min

The Torres Strait Islander Flag: Land, Sea and People - Il-Bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait: Art, Baħar u Nies

In Australia, you might see three flags flying together: the Australian National Flag, the Aboriginal Flag and the Torres Strait Islander Flag. Aboriginal peoples and Torres Strait Islander peoples are the two distinct Indigenous peoples of Australia, each with their own histories, cultures, languages and flag. For many Torres Strait Islander people, the flag is a powerful symbol of identity and belonging, whether they live on the islands, the mainland or overseas. - Fl-Awstralja, tista’ tara tl...

Jun 23, 20268 min

Messi b'rekord tal-aktar gowls fit-Tazza tad-Dinja

Inkitbet paġna ġdida fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, b’Lionel Messi jsir l-aqwa skorer ta’ kull żmien fit-turnew. U t-tellieqa għaż-Żarbun tad-Deheb qed tikber, b’Messi, Kylian Mbappé u Erling Haaland kollha jiskorjaw doppjetti.

Jun 23, 20264 min

Żieda qawwija fl-imwiet mid-drogi twassal għal sejħiet għal aktar azzjoni

L-Awstralja qed titlef persuna waħda kull tliet sigħat u nofs minħabba teħid ta’ dożi żejda ta’ droga. Ċifri ġodda mill-Istitut Penington juru li aktar minn 2,500 persuna fl-Awstralja mietet minn kawżi ta’ teħid tad-droga fl-2024, l-aktar sena li fiha kienu rregistrati nies li mietu bid-drogi.

Jun 22, 20266 min

Ġieħ lill-Maltin pijunieri f’Mackay b’monument fil-‘Maltese Corner’

Il-wirt għani tal-komunità Maltija f’Mackay fi Queensland ġie ċċelebrat bl-għarfien uffiċjali tal-Maltese Corner, monument permanenti fi spazju pubbliku li jagħti ġieħ lill-komunità Maltija pijuniera li għenet fl-iżvilupp tar-reġjun. L-istoriku u kelliema tal-grupp li ħadem biex jitwaqqaf dan il-monument, Carmel Baretta tgħidilna aktar dwar l-istorja li wasslet għal dan il-monument.

Jun 18, 20268 min

L-edukazzjoni matul il-ħajja kollha | Victor Vella

L-akkademiku u eks għalliem Victor Vella jitkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni matul il-ħajja kollha. Huwa jispjega li l-edukazzjoni għandha tmur lil hinn milli sempliċement tgħaddi mill-eżamijiet u tikseb ċertifikati, imma li dejjem ikun hemm interess fl-individi biex jikbru f’persuni kunfidenti u maturi li kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv ma’ oħrajn, japprezzaw l-arti u l-kultura, u jifhmu aħjar id-dinja ta’ madwarhom.

Jun 17, 20265 min

Kunċert minn Kantanti Maltin Awstraljani fiċ-Ċentru ta’ La Vallette

Il-President tal-Maltese Cultural Association ta’ New South Wales, is-Sur Charles Mifsud jitkellem dwar kunċert minn kantanti Maltin Awstraljani fiċ-Ċentru ta’ La Vallette fi Blacktown, New South Wales nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju, bis-sehem ukoll tal-Kumpanija Teatrali, Ċittadini.

Jun 13, 202610 min

Are electric vehicles worth it in Australia?| Fuel in Focus - Il-vetturi tal-elettriku fl-Awstralja huma daqshekk ta’ valur? | Fuel in Focus

Electric vehicles are becoming more common on Australian roads as fuel prices remain unstable and more drivers look for cheaper ways to travel. Here's what you need to know if you are thinking about making the switch. - Il-vetturi tal-elettriku qegħdin isiru aktar komuni fit-toroq Awstraljani hekk kif il-prezzijiet tal-fjuwil jibqgħu instabbli u aktar sewwieqa qegħdin ifittxu modi irħas biex jivvjaġġaw. Hawn x'għandek bżonn tkun taf jekk qed taħseb li tagħmel il-bidla.

Jun 09, 20266 min

75 sena mit-twaqqif tal-George Cross Falcons Community Club | Louis Parnis

Is-Sur Louis Parnis, President tal-George Cross Falcons Community Club fi Cringila, NSW jitkellem dwar il-75 anniversarju tal-klabb. Imwaqqaf fl-1951, il-klabb kellu sehem sinifikanti fl-appoġġ tal-komunità Maltija fil-lokal u fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali tagħha. Is-Sur Parnis jirrifletti dwar l-istorja tal-klabb, il-kisbiet tiegħu u l-impenn kontinwu tiegħu li jippromwovi t-tradizzjonijiet Maltin għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Jun 06, 202618 min

Il-Partit Laburista Malti jirbaħ ir-raba’ elezzjoni ġenerali konsekuttiva | Rapport ta’ Leonard Callus

Il-Partit Laburista kiseb ir-raba' rebħa elettorali konsekuttiva, b'indikazzjonijiet bikrin juru riżultat storiku. Il-Prim Ministru Robert Abela esprima gratitudni lejn il-poplu, filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ikkonċeda t-telfa, u enfasizza l-importanza tal-għaqda nazzjonali. Dan ir-rapport jinkludi wkoll informazzjoni dwar is-sondaġġi ta' qabel l-elezzjoni u inċidenti minuri fil-jum tal-votazzjoni.

May 31, 20264 min

“Maltese Corner” f’Mackay: Ġieħ lill-Pijunieri Maltin fl-Awstralja

Il-wirt għani tal-komunità Maltija f’Mackay fi Queensland ġie ċċelebrat bl-għarfien uffiċjali tal-Maltese Corner, monument permanenti fi spazju pubbliku li jagħti ġieħ lill-komunità Maltija pijuniera li għenet fl-iżvilupp tar-reġjun. Il-kxif uffiċjali tal-monument sar is-Sibt, 18 ta’ April 2026, fil-kantuniera ta’ Wood u Victoria Streets, Mackay post magħruf għal ħafna snin bħala 'Maltese Corner'. Il-proġett jirrikonoxxi l-kontribut kbir li l-immigranti Maltin taw lill-iżvilupp soċjali, kultural...

May 30, 202613 min
For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android