Jon Mallia Podcast - podcast cover

Jon Mallia Podcast

L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni hielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ hsieb. Bla agenda. Bla censura. Ghal aktar informazzjoni zur www.jonmallia.mt.
Last refreshed:
Follow this podcast in the Metacast mobile app to refresh it and see new episodes.
Download Metacast podcast app
Podcasts are better in Metacast mobile app
Don't just listen to podcasts. Learn from them with transcripts, summaries, and chapters for every episode. Skim, search, and bookmark insights. Learn more

Episodes

Episodju 157 ma' Ryan Callus

L-ewwel minn zewg episodji li fihom thaddidna dwar is-sitwazzjoni tal-generazzjoni u d-distribuzzjoni tad-dawl f'Malta. Fl-ewwel episodju ma' Ryan Callus, shadow minister fuq l-energija, ir-ricerka u l-innovazzjoni thaddidna dwar l-aspetti varji ta' kif l-energija tasal fid-djar taghna, il-problemi li qed naffacjaw u ppruvajna nifhmu il-pjan li ghandu l-Partit Nazzjonalista f'dan is-settur. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnu...

Aug 22, 20243 hr 18 minSeason 1Ep. 157

Episodju 156 mal - Lapes

Barra li huwa habib kbir tieghi, il-Lapes huwa wiehed mill-protagonisti fix-xena tal-hiphop Maltija. Din it-tahdita tixhet dawl fuq it-tragitt tal-Lapes mar-rap, fosthom l-istorja ta’ kif gie ffurmat il-grupp Il-Marmalja, l-ewwel Open Mic tieghu, kif ukoll is-sehmu f’Malta’s Got Talent u XFactor. Nitkellmu wkoll dwar l-impatt li kellhom ir-relazzjonijiet mal-iskola, ma’ nannuh u ma’ Nadine fuq hajtu. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghaj...

Aug 01, 20244 hr 10 minSeason 1Ep. 156

Episodju 155 ma' Alex Torpiano

Il-Profs Alex Torpiano huwa perit, u sa ricentament kien il-President tal-NGO Din l-Art Helwa u tal-Kamra tal-Periti. Fic-centru ta’ dan il-podcast niddiskutu l-process tal-izvilupp f’Malta, b’mod specjali l-local plans u d-DC15 u l-elementi li qed iwasslu ghall-ambjent mibni ta’ madwarna. Lil Alex nistaqsih ukoll dwar il-konsultazzjoni ricenti li nediet l-Awtorita tal-Ippjanar dwar l-interpretazzjoni tal-gholi tal-bini. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ...

Jul 18, 20242 hr 19 minSeason 1Ep. 155

Episodju 154 ma' Malcolm Galea

Malcolm huwa scriptwriter, direttur u attur maghruf fix-xena tat-teatru Malti. Nitkellmu fit-tul dwar ghalfejn il-kitba ghal Malcolm hija sengha u mhux arti, l-evoluzzjoni tal-bnedmin, kif ukoll fuq kif it-teatru jista’ jintuza biex nixhtu dawl fuq suggetti taboo. Malcolm jirrakkuntli diversi esperjenzi li wassluh ikun il-bniedem ottimist li hu. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Cutrico - https://www.cutrico.com/en/h...

Jul 04, 20244 hr 22 minSeason 1Ep. 154

Episodju 153 ma' Anthony Abela Medici

Dan huwa t-tieni episodju tieghi ma’ Anthony Abela Medici, forensiku ta’ hafna esperjenza. Din id-darba nistaqsih dwar diversi kazijiet ohrajn li baqghu marka fil-karriera tieghu, fosthom dawk ta’ Richard Cachia Caruana u Lino Cauchi. Jghidli wkoll dwar l-ezumazzjoni tal-gisem ta’ San Gorg Preca, Malta fi zmien l-ghoxrijiet u l-interdett. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek M...

Jun 27, 20242 hr 56 minSeason 1Ep. 153

Episodju 152 ma' Anthony Gatt

Anthony Gatt huwa d-direttur attwali tal-Fondazzjoni Caritas. Nitkellmu fit-tul dwar il-missjoni ta’ din l-organizzazzjoni lokalment, ghalfejn in-nies jaghzlu li jmissu mad-droga llum il-gurnata, kif ukoll dwar il-legizlazzjoni tal-kannabis f’Malta. Insir naf ftit izjed dwar ir-relazzjoni ta’ Anthony mal-isport u l-irwol tal-fidi Nisranija f’dak li jaghmel. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.mayp...

Jun 13, 20243 hr 23 minSeason 1Ep. 149

Il-Patruni Jistaqsu Ep. 2

It- Tieni episodju minn dan il-kontenut gdid fejn il-protagonisti tkunu intom, il-Patruni. F'din t-tieni puntata kellkom ic-cans li issaqsu il-mistoqsijiet li xtaqtu lil diversi kandidati ghal elezzjoni tal-MEP's ta' 2024.

Jun 05, 20241 hr 56 min

Il-Patruni Jistaqsu Ep. 1 - Roberta Metsola

L-ewwel episodju minn dan il-kontenut gdid fejn il-protagonisti tkunu intom, il-Patruni. F'din l-ewwel puntata kellkom ic-cans li issaqsu il-mistoqsijiet li xtaqtu lil President tal-Parlament Ewropew u kandidata ghal elezzjoni tal-MEP's ta' 2024, Roberta Metsola.

Jun 05, 20241 hr 1 min

Episodju 151 ma' Arnold Cassola

Arnold huwa kandidat ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Gunju. Nistaqsih dwar dak li qed jipproponi li jaghmel bhala MEP, ghaliex jemmen fl-Ewropa u skontu, x’ghandu differenti minn kandidati ohrajn. Jghidli wkoll dwar kif spicca s-segretarju generali tal-partit tal-hodor Ewropew u ghalfejn qatt ma dahal ma’ wiehed mill-partiti politici l-kbar Maltin. ************************************************* Ara L-EWWEL episodju tad-dokumentarju tieghi fi Brussell. - https://youtu.be/C6...

Jun 03, 20242 hr 24 minSeason 1Ep. 151

Episodju 150 ma' Conrad Borg Manche

Conrad huwa s-Sindku indipendenti tal-Gzira u kandidat ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Gunju. Nithaddtu dwar dak li hajru jikkandida ruhu ghal MEP, x’jivvaluta l-izjed fl-Unjoni Ewropea u t-temi li fuqhom bena l-proposti tieghu. Nitkellmu wkoll dwar it-tragitt tieghu bhala kandidat indipendenti, u r-relazzjoni tieghu mal-Partit Laburista u ma’ Robert Abela wara li nfatam mill-partit. ************************************************* Ara L-EWWEL episodju tad-dokumentarju tiegh...

May 30, 20242 hr 10 minSeason 1Ep. 150

Episodju `149 ma' Sandra Gauci

Sandra hija c-chairperson tal-ADPD u kandidat ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Gunju. Nistaqsiha ghalfejn iddecidiet li titfa’ l-kandidatura taghha ghal dawn l-elezzjonijiet, il-valuri Ewropej li tapprezza l-izjed u ghaliex tahseb li l-pajjiz jinsab fi krizi demokratika. ************************************************* Sandra hija c-chairperson tal-ADPD u kandidat ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ din is-sena. Nistaqsiha ghalfejn iddecidiet li titfa’ l-kandidatura taghha ...

May 23, 20242 hr 55 minSeason 1Ep. 149

Episodju 148 ma' Damjan Attard

Damjan huwa l-fundatur u d-direttur tal-organizzazzjoni Right 2 Smile. Nitkellmu fit-tul dwar diversi tiri u progetti tar-Right 2 Smile, il-valur tal-volontarjat u l-opinjoni tieghu dwar il-qaghda politika f’Malta. Niskopri aktar fil-fond l-esperjenza ta’ Damjan f’pajjizi mbieghda u l-percezzjoni tan-nies dwar min jghix f’dawn il-pajjizi, kif ukoll il-bidla li ra f’Malta mar-ritorn tieghu wara diversi snin. ************************************************* Ara L-EWWEL episodju tad-dokumentarju t...

May 16, 20243 hr 18 minSeason 1Ep. 148

Episodju 147 ma' Victor Borg

Victor Borg huwa chef rinomat u wiehed mill-gudikanti ta’ Masterchef Malta. Nidhlu fil-fond tal-esperjenzi tieghu fil-kcejjen ta’ whud mill-aqwa restaurants fid-dinja u s-sagrificcji mehtiega biex wiehed jilhaq quccati godda fl-industrija gastronomika. Insir naf ukoll diversi episodji interessanti mhux ftit mill-kcina ta’ Gordon Ramsey. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Mea...

May 12, 20242 hr 30 minSeason 1Ep. 147

Episodju 146 ma' Anthony Guillaumier

Anthony Guillaumier huwa negozjant ta’ hafna esperjenza u l-fundatur tal-Fondazzjoni Richmond. Nithaddtu fit-tul dwar il-gibda tieghu lejn in-negozju minn eta zghira, l-izvilupp tan-negozju f’Malta u kif stabilixxa l-Fondazzjoni Richmond. Nitkellmu wkoll dwar ir-relazzjoni ta’ Anthony ma missieru u x’kienet tfisser ghalih il-mara tieghu. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Me...

May 02, 20243 hr 23 minSeason 1Ep. 146

Episodju 145 ma' Joanna Mallia

Joanna Mallia hija attivista ghad-drittijiet tal-annimali u l-fundattrici tal-NGO Paws for Cause. Maghha naqbadha fuq l-origini tal-imhabba taghha ghall-annimali, ir-relazzjoni tas-socjeta ma’ dawn il-kreaturi u l-hegga politika lejn is-settur tal-annimali. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/derekmeats/ Cutrico - https://www.cutrico.com/en/ho...

Apr 25, 20241 hr 49 minSeason 1Ep. 145

Episodju 144 ma' Antoine Zammit

Antoine Zammit huwa perit, lettur u l-awtur ewlieni tad-DC15. Nitkellmu fit-tul dwar l-ippjanar arkitettoniku f’Malta. Nanalizzaw mill-gheruq id-disinn tal-ispazji urbani, il-kruha u l-hegga politika f’dan il-qasam. ************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il- podcast Episodju ma’ Daniela Bitar: https://www.youtube.com/watch?v=bd_dwrhr_28&ab_channel=JonMalliaPodcast Viktor Frankl Institute: https://www.viktorfrankl.org/ Karmenu Mifsud Bonnici’s le...

Apr 19, 20244 hrSeason 1Ep. 146

Episodju 143 ma' Peppi Azzopardi

Peppi huwa attivist u l-eks preżentatur ta' wiehed mill-aktar programmi segwiti fl-istorja ta’ pajjizna, Xarabank. Nithaddtu u niddibattu fit-tul diversi kwistjonijiet socjo-politici bhall-imigrazzjoni, is-sistema korrettiva u l-importanza tal-protesta kif ukoll x’jahseb Peppi dwar iz-zewg partiti politici l-kbar. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebo...

Apr 11, 20244 hr 17 minSeason 1Ep. 140

Episodju 142 ma' Keith Marshall

Keith Marshall huwa filantropu u l-fundatur tal-Fondazzjoni SiGMA. Nithaddtu fuq it-tragitt tieghu ma’ persuni bhal Dun Gorg Grima, l-esperjenzi gewwa l-Etijopja u l-fidi. Inharsu minn lenti wiesgha lejn l-istituzzjoni tal-Knisja, l-altruwizmu u s-sitwazzjoni socjopolitika f’Malta. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Cutrico - https://www.cutrico.com/en/home.htm eCabs - https://eca...

Apr 04, 20243 hr 43 minSeason 1Ep. 142

Episodju 141 ma' David Alosio

David Aloisio huwa lettur tal-lingwa u l-letteratura Maltija ġewwa l-Junior College. Sforz din l-esperjenza, jien u David nithaddtu fit-tul dwar iz-zghazagh, l-interessi taghhom u kif jirrelataw mal-istat socjopolitiku Malti. Jidhlu fl-istorja wkoll il-kultura Mediterranja, Oliver Friggieri u Manwel Dimech.************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il- poddata:Poddata ma’ Nenu Debono - https://www.youtube.com/watch?v=YCcIhEs18VA&ab_channel=JonMallia...

Mar 28, 20242 hr 56 minSeason 1Ep. 141

Episodju 140 ma' Angele Cuschieri

Angele hija l-President tal-ghaqda Puttinu Cares. Taqsam mieghi x’wassalha biex taghzel it-triq ta’ infermiera u l-irwol ta’ Puttinu fis-socjeta Maltija u lil hinn. Insir naf dwar l-ewwel darba li ghenet lil pazjent jitla’ l-Ingilterra, ir-relazzjoni taghha ma’ Alla u d-dinamika ta’ bejnha u bejn Rennie. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/der...

Mar 21, 20242 hr 14 minSeason 1Ep. 140

Episodju 139 ma' Darren Carabott

Darren Carabott huwa Membru Parlamentari Nazzjonalista u l-President tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici. Fost l-ohrajn nithaddtu dwar l-inkontru tieghu ma’ Joseph Muscat, kif ukoll fuq l-istat tax-xena politika Maltija. Nistaqsih dwar il-proposta tieghu ghall-ambjent, il-problemi li qed jaffaccja l-Partit Nazzjonalista, x’jahseb dwar Rosianne Cutajar u Kristy Debono fost hwejjeg ohra. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'...

Mar 14, 20243 hr 52 minSeason 1Ep. 139

Episodju 138 ma' Raphael Pace

Raphael Pace huwa performer professjonali, mudell u content creator. Nithaddtu dwar diversi esperjenzi li kellu hu u jikber, il-hajja bhala artist barra minn Malta u l-esperjenza tieghu mal-omosesswalita. Jghidli wkoll dwar ir-relazzjoni tieghu ma’ gismu u ghalfejn iddecieda li jizbogh xaghru ahmar. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/derekmea...

Mar 07, 20243 hr 3 minSeason 1Ep. 138

Episodju 137 ma' Anthony Abela Medici

Anthony Abela Medici huwa pijunier tal-forensika f’Malta. Mieghu niddiskuti t-tragitt tieghu f'dan il-qasam u diversi kazijiet li kkaratterizzawlu l-karriera, inkluzi l-htif tal-ajruplan tal-Egypt Air u l-kaz ta’ Karin Grech. ************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il- podcast: Pietru Pawl Busuttil: https://timesofmalta.com/articles/view/pietru-pawl-busuttil-man-who-was-framed-by-the-police-passes-away.651898Kotba:‘Miles to Go Before I Sleep’ ta’ Jac...

Feb 29, 20242 hr 41 minSeason 1Ep. 137

Episodju 136 ma' Julian Azzopardi

Julian huwa habib minn zmien l-iskola li safa vittma tad-droga. Qabel ma jidhol programm xtaq jigi jitkellem mieghi dwar kif il-crack ippermeat l-karriera, r-relazzjoni ma’ familtu u l-awto stima tieghu. Niddiskuti l-esperjenza tieghu fi programmi differenti u ghaliex jinsab determinat iktar minn qatt qabel biex ifiq. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.fa...

Feb 22, 20241 hr 48 minSeason 1Ep. 136

Episodju 135 ma' Ron Van Maarschalkerweerd Borg

Ron Van Maarschalkerweerd Borg huwa parti mid-duo Charles & Ron, disinjaturi tal-hwejjeg ibbazati f’Malta. Nithadtu dwar kif Ron iltaqa’ ma’ Charles, it-tragitt kreattiv taghhom u kif sabu ruhhom fid-dinja tal-moda. Naqbduha wkoll fuq il-pressjoni assocjat ma’ dan ix-xoghol u l-esperjenza taghhom bhala intraprendituri. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://w...

Feb 16, 20242 hr 37 minSeason 1Ep. 135

Episodju 134 ma' Isabelle Bonnici

Bhala wahda mill-eroj lokali ta’ zminijietna, insir naf ftit izjed il-persuna wara l-figura-omm li hija Isabelle Bonnici. F’din il-konverzazzjoni intima niddiskutu l-imhabba taghha lejn it-taghlim u l-mewt tal-ewwel tarbija taghha. Barra li nithadtu fuq il-qasam tal-kostruzzjoni f’Malta, nistaqsiha kif esperjenzat il-gurnata tal-vot tal-kabinett kontra l-Inkjesta Pubblika u x’fissret ghaliha l-velja ghal Jean Paul. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun p...

Feb 08, 20241 hr 53 minSeason 1Ep. 133

Episodju 133 ma' Michael Spagnol

Michael Spagnol huwa lettur tal-Malti gewwa l-Universita ta’ Malta. Mieghu nikkontempla dak kollu li jsawwar il-lingwa Maltija, u d-diskors dwar il-preservazzjoni tal-Malti. Nintellettwalizzaw ukoll il- “pjoti” u erba’ kelmiet ohra “jaqilghu l-art”. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/derekmeats/ Cutrico - https://www.cutrico.com/en/home.htm e...

Feb 01, 20243 hr 54 minSeason 1Ep. 133

Episodju 132 ma' Bertu Camilleri

Bertu huwa leggenda tal-boxing Malti u s-sid ta’ Bertu’s Gym. Nitkellmu dwar il-karriera tieghu fil-boxing, xi tfisser ghalih il-familja u r-rabta li ghandu mal-gym. Sintendi c-cajt ma’ Bertu ma jonqos qatt. ************************************************* Chapters 8:36 - Bertu Camilleri's childhood 15:45 - Bertu's first gym 17:59 - Bertu's first time boxing 35:40 - Bertu experience as a bouncer 49:09 - Boxing VS football according to Bertu 58:40 - Bertu: Malta's boxing champion 1:03:14 - Bertu...

Jan 25, 20242 hr 52 minSeason 1Ep. 132

Episodju 131 ma' George Tabone

George Tabone huwa negozjant. Nitkellem mieghu dwar ir-relazzjoni tieghu mal-vizzji, kif ukoll fuq dak li jahseb dwar il-barranin f’Malta. Nithadtu fit-tul dwar l-affiljazzjonijiet tieghu mal-PN u l-PL u x’jahseb dwar il-pozizzjoni ta’ Robert Abela fuq l-inkjesta pubblika ta’ Jean Paul Sofia. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/derekmeats/ Cut...

Jan 18, 20243 hr 10 minSeason 1Ep. 129

Episodju 130 ma' Daniela Bitar

Daniela hija l-acting CEO tal-Fondazzjoni Richmond. Fic-centru ta’ din il-konverzazzjoni hemm is-sahha mentali fis-socjeta Maltija tal-lum, il-hidma sfiqa tar-Richmond, kif ukoll l-istigma socjali ta’ diversi mard mentali. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - https://www.facebook.com/derekmeats/ Cutrico - https://www.cutrico.com/en/home.htm eCabs - https://ecabsapp.one...

Jan 11, 20243 hr 18 minSeason 1Ep. 130
For the best experience, listen in Metacast app for iOS or Android